Il-Papa jgħid li meta ninsew il-mewt aħna nibdew immutu

Papa Franġisku jiżra' siġra fl-inawgurazzjoni tal-kwartieri ta' Scholas Occurantes fil-Messiku

F’messaġġ li bagħat lill-parteċipanti fir-Raba’ Laqgħa Dinjija għaż-Żgħażagħ organissoċjazzjoni Chola Occurrentes li qed issiru f’Mexico City, il-Papa Franġisku enfasizza li “il-kwestjoni tal-mewt fir-realtà hi kwestjoni dwar il-ħajja”.

“Il-mewt toqtol l-illużjoni tal-omnipotenza li għandu l-bniedem u tgħallimna biex nikkunsidraw il-misteru tal-ħajja”.

“Dan jimlina b’kunfidenza biex nagħmlu qabża fil-vojt u nirrealizzaw li mhux se naqgħu, li mhux se negħrfqu għax dejjem hemm Dak li jilqagħna. Kemm qabel u wara t-tmiem”.

Li ma nafux eżatt meta se tintemm ħajjitna, iġiegħlna nħossuna fraġli imma fl-istess waqt jiftaħna biex nisimgħu lill-oħrajn u noħolqu xi ħaġa flimkien.

Xejn ġdid taħt il-kappa tax-xemx

Fil-messaġġ tiegħu l-Papa tkellem dwar is-soċjetà  umana moderna. “Id-dinja diġà teżisti u kollox hu spjegat”.

Is-soċjetà ma tridx tħalli domandi bla tweġiba u tqis li l-ideat tagħha huma ffurmata tajjeb u definiti. “F’dinja li tadura l-awtonomija, l-awto suffiċjenza, fejn il-bniedem jaħseb li waħdu jista’ jagħmel kollox u jilħaq il-milja tiegħu, jidher li ma hemmx post għall-oħrajn”, qal il-Papa Franġisku.

Id-dinja tant tidher li hi miexja b’għaġġla li ma tittolera ebda interruzzjoni u tħallina skjavi u “tilluppjana biex ninsew xi jfisser li fl-aħħar irridu nieqfu. Imma meta ninsew il-mewt din tkun bdiet”.

Hu qal li kultura li tinsa l-mewt, tibda tnin u tmut. “Dak li jinsa l-mewt ikun diġà beda jmut”, sostna l-Papa fil-messaġġ tiegħu liż-żgħażagħ.

Immutu għal xulxin

Il-Papa rringrazzja lill-parteċipanti f’din il-Laqgħa għax kellhom il-kuraġġ jiffaċċjaw il-kwestjoni tal-mewt.

Huwa qal li hemm tliet tipi ta’ mewt li jimlewna bil-ħajja.

Dawn huma: “Il-mewt ta’ kull mumenti. Il-mewt tal-ego tagħna. Il-mewt tad-dinja li twassalna għal dinja oħra”.

 “Ftakru, li l-mewt ma għandux ikollha l-aħħar kelma u dan għax fil-ħajja aħna tgħallimna mmutu għal xulxin”, fakkarna l-Papa Franġisku.