Il-Papa jgħid li l-biża’ mill-immigranti ġġennen lin-nies

Pope Francis waves from his Popemobile as he arrives for World Youth Day in Panama City, Panama January 23, 2019. REUTERS/Henry Romero

Il-Papa Franġisku ma ħeliex ħin jitkellem dwar il-kwistjoni tal-iffinanzjar ta’ ħajt bejn l-Istati Uniti u l-Messiku meta beda l-vjaġġ tiegħu lejn il-Panama, fejn fuq l-ajruplan minn Ruma qal li l-ostilità lejn l-immigranti kienet ġejja minn biża’ mhux razzjonali.

F’konverżazzjoni qasira bejn il-Papa u l-ġurnalisti fuq it-titjira, ġurnalist minnom iddeskriva l-barriera li toħroġ fl-Oċean Paċifiku bejn iż-żewġ pajjiżi f’San Diego, California, bħala xi ħaġa banali.

Il-Papa Franġisku, li għamel id-difiża tal-migranti parti prinċipali tal-irwol tiegħu bħala Papa u qal li l-biża’ dwar il-migranti iġġenen lin-nies.

Il-President Donald Trump, li diġà kien iddjaloga mal-papa dwar l-immigrazzjoni, skatta shutdown tal-Gvern tal-Istati Uniti wara li talab għal $5.7 biljun f’fondi għall-bini ta’ ħajt mal-fruntiera tal-istati uniti.

L-immigrazzjoni mistennija tkun waħda mit-temi prinċipali tal-vjaġġ ta’ sitt ijiem tal-Papa. Il-Papa ltaqa’ ma’ tmien refuġjati f’Ruma qabel ma’ mar lejn l-ajruport għat-titjira ta’ 13-il siegħa lejn il-Panama għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ.