Il-Papa jgħammed 8 adulti inkluż refuġjat “eroj”

Waqt il-Vġili tal-Għid il-Kbir, il-Papa Franġisku għammed tmien adulti, wieħed minnhom kien refuġjat Niġerjan u tallab fit-triq fl-Italja, li fiż-żmien li kien qed jitlob għall-ażil, irnexxielu jwaqqaf ħalliel li kien armat b’sikkina.
Il-Quddiesa kienet iċċelebrata għal madwar 10,000 ruħ fil-Bażilika ta’ San Pietru f’Ruma.
Hija tradizzjoni li kull sena, il-Papa jgħammed grupp ta’ persuni li jkunu jridu jsiru Nsara.
Fosthom, din is-sena kien hemm John Ogah, raġel ta’ 31 sena, li s-sena l-oħra ħareġ ta’ eroj. F’Settembru li għadda, Ogah kien qed jittallab barra minn ħanut tal-merċa meta waqqaf raġel Taljan ta’ 37, wara li kien seraq lill-istess ħanut madwar €400.
In-Niġerjan żamm lit-Taljan mal-art sakemm kienu waslu l-Pulizija, imbagħad ħarab minn fuq il-post għax beża’ li jsiru jafu li ma kienx dokumentat.
Għaldaqstant il-Pulizija użat il-filmati tas-CCTV biex sabet lir-raġel u bħala ringrazzjament għenuh jakwista l-permess legali biex jgħix fl-Italja.
Il-persuni l-oħra li rċevew il-magħmudija kienu jinkludu persuni mill-Albanija, il-Peru, l-Italja, u l-Istati Uniti.
Il-Papa Franġisku għamilha l-missjoni tiegħu li jiddefendi l-immigranti waqt iż-żmien tiegħu fil-Vatikan.
Illum il-Papa Franġisku, waqt iċ-ċelebrazzjoni tal-Għid il-Kbir tal-Mulej, talab lill-Kristjani tas-sinja kollha jistaqsu lilhom infushom humiex jirrispondu bil-ħeffa għas-sorpriżi li jibgħatilhom Alla.
Ritratt: Reuters