Il-Papa jgħammed 32 tarbija fil-Kappella Sistina

Fil-Festa tal-Magħmudija ta’ Ġesu li l-Knisja Kattolika ċċelebrat  il-bieraħ, kif inhi t-tradizzjoni l-Papa Franġisku għammed numru ta’ trabi.  Din is-sena kif inhi t-tradizzjoni twila, iċ-ċelebrazzjoni saret fil-Kappella Sistina tal-Vatikan u matulha kienu mgħammda 32 tarbija.

It-tfal mgħammda twieldu matul l-2019 lil familji ta’ impjegati tal-Vatikan jew diplomatiċi akkreditati għas-Santa Sede

Att ta’ Ġustizzja

Fl-Omelija tiegħu, qabel iċ-ċerimonja tal-Magħmudija, il-Papa Franġisku fakkar fi kliem Ġesù meta Ġwanni staqsih għaliex il-Mulej kien mar għandu biex jitgħammed u Ħesù wieġbu:  “Inti għalissa ħallik minn dan, għax hekk jixraq nagħmlu, biex intemmu s-sewwa kollu”.

“Il-Magħmudija ta’ tarbija hi att ta’ ġustizzja għax il-Magħmudija lit-tarbija nagħtuha teżor, nagħtuhom b’rigal lill-Ispirtu s-Santu”, spjega l-Papa. Qal li hu mportanti li ngħammdu lit-tfal “biex dawn jikbru bis-saħħa tal-Ispirtu s-Santu”.

Il-Papa Franġisku ħeġġeġ lill-ġenituri biex jieħdu ħsieb “jikbru bid-dawl u l-qawwa tal-Ispirtu s-Santu, peremzz tal-katakeżi, it-tagħlim, l-għajnuna u l-eżempji li jagħtu fil-familja. “Dan hu l-messaġġ li xtaqt nagħtikom illum”,

Omelija sabiħa

Il-Papa Franġisku wera wkoll  l-imħabba tiegħu għall-familji żgħażagħ u stedinhom biex ma joqgħodux jinkwetaw jekk it-trabi jibku waqt iċ-ċerimonja. “It-tfal mhux imdorrija jiġu fil-Kappella Sistina. Din l-ewwel darba tagħhom. Għalhekk jekk jibdew jibku jew jixgħru ippruvaw serrħuhom, iżda tikkonfondux jekk jibqgħu jibku. It-tfal bħal kor, jekk wieħed jibda jagħmel storbju, ilkoll jakkumpanjawh. Tinkwetawx. Meta tarbija tibki fil-knisja tkun qed tagħmel Omelija sabiħa.”.

Pope Francis also showed his pastoral care for the young families, telling them not to worry if their children made a fuss during the ceremonies. “The children aren’t used to coming to the Sistine [Chapel]. It’s their first time”. If they do start to cry, he said, try to make them comfortable, but don’t worry if they keep it up. “Children are choral”, he said; if one starts making noise, they all join in. “Don’t get upset!” he said. “When a child cries in church, it’s a beautiful homily”.

“Tinsewx”, qalilhom il-Papa lill-ġenituri, li “intom għandkom l-Ispirtu s-Santu f’uliedkom”.