Il-Papa jfaħħar il-Movimenti ta’ Ħniena Franċiżi

Il-Papa jiċċajta ma' tifel ta' familja Franċiża

Nhar is-Sibt filgħodu il-Papa Franġisku laqa f’udjenza fil-Vatikan, membri ta’ assoċjazzjonijiet, kongregazzjonijiet u movimenti Franċiżi li jagħmlu opri tal-ħniena madwar Franza.

Il-Papa qal li dak li jgħaqqad lil dawn il-gruppi hi x-xewqa li jgħarrfu lid-dinja fil-ferħ tal-ħniena bid-diversi kariżmi tagħhom: ma nies li jsibu ruħhom f’sitwazzjonijiet diffiċli, emigrant, morda, priġunieri, persuni bi bżonnijiet speċjali u familji mġarrba, fost l-oħrajn. Id-diversità li dawn l-għaqdiet jirrappreżentaw hi ħaġa sabiħa u tixhed sew il-fatt li ma hemm ebda faqar uman li Alla ma jridniex inmissu u ngħinu.

“Il-Knisja hi mpenjata li tħabbar il-Ħniena t’Alla, il-qalb tħabbat tal-Evanġelju li trid tidħol fil-qlub u l-imħuħ ta’ kull persuna”, sostna l-Papa.

Att suprem

Il-ħniena hi l-att suprem li biha Alla jiġi biex jiltaqa’ magħna u li jitħilna qalbna għat-tama li nkunu maħbuba għal dejjem, mikejja l-faqar u d-dnub tagħna. L-imħabba t’Alla għalina mhux xi kelma astratta. Saret viżibbli u tanħibbli f’Ġesù Kristu. Għalhekk “din hi t-triq li l-imħabba ħanina tal-insara trid tgħaddi minnha. Kif il-Missier iħobb, hekk ukoll uliedu. Daqskemm hu Ħanin aħna msejħa biex nuru ħniena ma’ xulxin”.

“Fil-Bolla tal-Ġublew tal-Ħniena, “Misericordiae vultus” esprimejt it-tama li fil-perspettiva ta’ Evanġeliżazzjoni ġdida li d-dinja tant għandha bżonn, it-tema tal-ħniena tissemma ħafna b’entusjażmu u azzjoni pastorali.

“Hu essenzjali għall-Knisja u għall-kredibilità tal-messaġġ tagħha, li tagħti xiehda ta’ ħniena. Il-lingwa u l-ġesti tagħha jridu jittrasmettu l-ħniena li tmiss il-qalb tan-nies kollha u tispirahom biex isibu t-triq li twassal għand il-Missier.

“Jien nara u nifraħ li fil-Knisja fi Franza hemm ħafna li bl-għajnuna u l-inkoraġġiment tal-kappillani tagħhom, jilqgħu l-appell għall-ħniena. U sabiħ li intom dan tagħmluh flimkien u flimkien issibu modi kif tiltaqgħu u titolbu flimkien u taqsmu l-esperjenzi u d-diffikultajiet li tiltaqgħu magħhom kif ukoll il-ferħ u l-gratitudni għax fil-proklamazzjoni tal-Ħniena t’Alla hemm il-ferħ veru, il-ħniena ta’ Dak li tbaxxa biex jaħsel riġlejn id-dixxipli tiegħu: ‘Imbierka intom jekk tagħmlu dan’.

Il-ħniena t’Alla

“Nittama li intom tkunu kapaċi ssibu mezz kif tagħtu xhieda tal-ferħ tal-evanġeliżazzjoni billi tipproklamaw il-ħniena t’Alla, tgħadduha lill-oħrajn u tifirxu mad-dinja il-kultura tal-ħniena li tant hi meħtieġa.

“U biex tagħmlu dan, nistedinkom biex dejjem tkunu attenti u żżommu ħajja f’qalbkom din il-ħniena li tagħha inthom xhieda.

“In-nies li intom tgħinu għandhom bżonn li jkunu mifhuma, apprezzati, rispettati u maħbuba. U ħaġ’oħra, hemm mod wieħed biss kif tħares lejn bniedem minn fuq għal isfel: li tgħinuhom iqumu. Inkella qatt ma tkun tistgħu tħarsu lejn il-pesuna biex tgħinuh iqum.

Appostli awtentiċi

“Min-naħa l-oħra, naħseb li intom tista’ tkun appostli awtentiċi jekk tkun konxji verament li intom sibtu l-ħniena tal-Missier u b’umiltà temmnu li waqt li intom turi ħniena għadkom qed issibu l-ħniena t’Alla”.

Papa Franġisku hawnhekk fakkar f’dak li kien kiteb San Ġwanni Pawlu II “Irridu kontinwament nippurifikaw l-azzjonijiet u l-intenzjonijiet tagħna fejn il-ħniena tinftiehem u hi prattikata b’mod unilaterali. Att ta’ ħniena b’imħabba, hu reali biss meta nkunu konvinti waqt li qed inwettquh, li f’dak il-mument aħna nkunu qed nirċivu l-ħniena mingħand dawk li qed jaċċettaw il-ħniena tagħna. Jekk ma hemmx dan is-sens reċiproku ta’ ħniena allura l-opra ta’ ħniena ma tkunx waħda vera.”

‘F’dan iż-żmien fejn qed inħejju għall-Milied, nipproponi li tikkontemplaw il-wirja tan-Natività”, qal il-Papa. “Din il-wrija tistedinkom ‘tħossu’ u ‘tmissu’ l-faqar li l-Iben t’Alla refa’ fuqu bl-Inkarnazzjoni. Din hi sejħa biex nimxu warajh fit-triq tal-umiltà, il-faqar li jwassalna mill-maxtura sa’ fuq is-Salib. Titlobna niltaqgħu miegħu u nservuħ billi nuru ħniena ma’ ħutna li huma fil-bżonn u nittama li f’dan issibu nkoraġġiment għad-dedikazzjoni tagħkom”.