Il-Papa jaqbel mal-veto tal-President fuq il-Prim Ministru

Il-Papa Franġisku qabel mad-deċiżjoni tal-President Pollakk, Andrzej Duda, li nhar it-Tnejn uża s-saħħa tal-veto biex iwaqqaf riformi ġudizzjarji ewlenin , biex b’hekk dawn m’għaddewx.
Għexieren ta’ eluf ta’ persuni kienu diġà niżlu fit-toroq fil-jiem ta’ qabel, iżommu xemgħa f’idejhom jitolbu lill-President  Andrzej Duda biex ma jħallix jgħaddu dawn ir-riformi.
Ir-riformi kienu ġew proposti mill-partit Liġi u Ġustizzja, li fl-aħħar elezzjoni sentejn ilu kien ġab maġġoranza kbira fil-Polonja.
Huwa kien qed jitlob li l-Imħallfin tal-Qorti Suprema Pollakka jinbidlu ma’ nominati mill-Gvern stess, u fl-opinjoni tal-partit dan kien se jwassal għal kontabbiltà akbar fis-sistema ġudizzjarja.
Il-proposti kienu diġà għaddew mill-Parlament Pollakk, iżda peress li Duda kellu  l-vetoe, jekk jużah xorta r-riformi ma kinux jgħaddu, kif fil-fatt ġara.
L-Unjoni Ewropea kienet ukoll heddet li timponi sanzjonijiet jekk ir-riformi jgħaddu.
Il-President tal-Konferenza tal-Arċisqfijiet Pollakki , Stanislaw Gadecki, f’ittra miftuħa lil Duda rringrazzjah tad-deċiżjoni tiegħu.
Qabel din l-ittra tal-Vatikan, il-President tal-Qorti Suprema Pollakka kien kiteb li l-Knisja Kattolika qed tagħmel żball li tibqa’ siekta quddiem dawn ir-riformi, u insinwa li mhi tgħid xejn għax għandha kuntatti diretti mal-Gvern Pollakk.
Iżda fl-ittra miftuħa tiegħu Gadecki kkwota lill-Papa Ġwanni Pawlu II, meta kien tkellemdwar il-qsim tal-poteri fil-pajjiż bejn il-fergħat ġudizzjarji, leġiżlattivi jew eżekuttivi.
Ġwanni Pawlu t-II kien sostna li l-qsim tal-poter huwa xi ħaġa tajba għax ma jħallix waħda mill-fergħat tiddomina fuq l-oħrajn.
Il-kritika ewlenija li kienu rċevew dawn ir-riformi proposti kienet li setgħu jimminaw il-qsim tal-poter fil-Polonja, kif argumenta l-President tal-Qorti Pollakka.