Il-Papa japprova l-virtujiet eroiċi ta’ 11-il Serv t’Alla

Bishop

Nhar is-Sibt li għadda, il-Papa Franġisku approva 11-il digriet maħruġa mill-Kongregazzjoni għall-Kawża tal-Qaddisin. Dan ifisser li 11-il persuna għaddew mill-ewwel fażi tal-proċess biex eventwalment isiru qaddisin.
Dawn huma:

  • August Jozef Hlond, Sależjan, Arċisqof ta’ Gniezno u Varsavja u Primat tal-Polonja li miet fit-22 ta’ Ottubru 1948;
  • Miguel Angel Builes, Isqof ta’ Santa Rosa de Osos fil-Kolumbja li miet f’Medellin fid-29 ta’ Settembru 1971;
  • Enrico Mauri, saċerdot djoċesan minn Sestri Levante, fl-Italja li miet fl-10 ta’ Mejju 1986;
  • Jean-Baptiste Berthier, saċerdot u fundatur tal-Kongregazzjoni tal-Missjunarji tas-Sagra Familja li miet fl-Olanda fis-16 ta’ Ottubru 1908;
  • Wilhelm Eberschweiler, ġiżwita mwieled fil-Ġermanja u miet fl-Olanda fit-23 ta’ Diċembru 1921;
  • Pietro Uccelli, saċerdot tal-Missjunarji ta’ San Franġisk Saverju li miet f’Vicenza, l-Italja fid-29 ta’ Ottubru 1954;
  • Pio Dellepiane, saċerdot tal-Ordni tal-Minimi li miet f’Ruma fit-12 ta’ Diċembru, 1976;
  • Norbert McAuliffe, saċerdot tal-Istitut tal-Qalb Imqaddsa li twieled fi New York u miet fl-Uganda fit-3 ta’ Lulju 1959;
  • Sr Francesca tal-Pjagi ta’ Kristu (Coloma Antonia Marti y Valls) membru tas-Sekond Ordni ta’ San Franġisk tal-Providenza Divina li mietet fi Spanja fl-4 ta’ Ġunju 1899;
  • Sr Leonor ta’ Santa Marija (Isora Maria Ocampo) soru tal-Ordni ta’ San Duminku li mietet f’Cordoba, l-Arġentina fit-28 ta’ Diċembru 1900; u
  • Sr Angela Maria tal-Qalb ta’ Ġesù (Maria Cacilia Autsch), tal-kongregazzjoni tas-Sorijiet Trinitarji li mietet fil-kamp tal-konċentrament ta’ Auschwitz fit-23 ta’ Diċembru 1944.