Il-Papa japprova l-kanonizazzjoni tal-ġenituri ta’ Santa Tereżina

Il-Papa Franġisku approva l-proċess li se jwassal għall-kanonizazzjoni ta’ Loise u Zelie Martin, li huma l-ġenituri ta’ Santa Tereża tal-Bambin Ġesù, jew kif inhi magħrufa mal-Maltin, Santa Tereżina.
Din se tkun l-ewwel darba li koppja miżżewġa se jkunu kanonizzati flimkien.
Il-prefett tal-Kongregazzjoni għal Kawżi tal-Qaddisin, il-Kardinal Angelo Amato qal li ż-żewġ Beati huma xhieda tal-ispiritwalità familjari.
Loise Zelie kellhom disat itfal. Erba’ minnhom mietu meta kienu għadhom trabi u l-ħamsa l-oħra, kollha bniet, saru reliġjużi, fosthom Santa Tereżina.
Fl-istess konċistorju, il-Papa approva l-kanonizazzjoni ta’ Vincenzo Grossi, saċerdot Taljan, u l-Beata Spanjola Marija tal-Immakulata Kunċizzjoni