Il-Papa jappella mill-ġdid għall-paċi permezz ta’ Twitter

Il-Papa Franġisku mill-ġdid ħeġġeġ lill-insara jitolbu għall-paċi. Fi tweet li ttella' fuq il-profil uffiċjali tiegħu huwa qal li l-vjolenza ma tintrebaħx b'iktar vjolenza waqt li talab lil Alla sabiex jagħti d-don tal-paċi.
Permezz tal-'hashtag' #prayforpeace il-Papa Franġisku qed jistieden lill-insara sabiex flimkien miegħu jingħaqdu fit-talb għall-paċi fid-dinja.