Il-Papa jappella lill-edukaturi biex ma jitilfux it-tama

Pope Francis
Pope Francis speaking to educators gathered at the Vatican on Monday

Read in English.

Nhar it-Tnejn li għadda l-Papa Franġisku ta parir lill-edukaturi u appellalhom biex ma jitilfux it-tama.

Hu għamel tliet suġġerimenti biex ikun hemm titjib fl-edukazzjoni:

  • Ħidma flimkien: diversi istituzzjonijiet edukattivi u d-diversi dixxiplini akkademiċi għandhom jikkollaboraw flimkien.
  • Nibqgħu nittamaw: aħna lkoll imsejħa biex ma nitilfux it-tama għax irridu nkunu aħna li noffru tama lid-dinja globalizzata tal-lum.
  • Nimplimentaw proġetti li jaqblu mal-missjoni tal-Knisja, li jkunu ta’ kwalità għolja u li jservu l-ġid komuni.