Il-Papa jappella għat-talb u riflessjoni u l-ħarsien tal-ħolqien

Read in English.

“Issa hu ż-żmien biex nerġgħu niskopru l-vokazzjoni tagħna bħala ulied Alla, u gwardjani tal-ħolqien” B’dan il-kliem il-Papa Franġisku fetaħ il-messaġġ tiegħu fl-okkażżjoni  tal-Jum Dinji ta’ Talb għall-Ħolqien li jkun ċelebrat fl-1 ta’ Settembru.

Il-Papa irrifletta fuq il-ktieb tal-Ġenesi u ddeskriva l-ħarsa t’Alla bħala “ħarsa ħelwa lejn il-ħolqien”.  Żied jgħid li traġikament, ir-risposta tal-bniedem għal dan ir-rigal, hi mmarkata bid-dnub, ir-rgħiba u x-xewqa li nipposjedu u nesplojtjaw.”

L-egoiżmu u l-interess personali, bidlu l-ħolqien li suppost hu post fejn niltaqgħu u naqsmu, f’arena ta’ kompetizzjoni u kunflitt. B’hekk qed nipperikolaw l-ambjent innifsu”.

It-taħsir ambjentali qed jiżdied

Fil-messaġġ tiegħu l-Papa semma kif fl-aħħar għexieren ta’ snin id-dinja esperjenzat tkabbir fit-taħsir tal-ambjent.

Semma l-inkwienament kontinwu, l-użu ta’ żjut li jiġġsu, l-esplojtazzjoni agrikola esaġerat u l-qirda tal-foresti li qed jgħinu biex it-temperatura tad-dinja togħla aktar mil-livelli aċċettabbli.

Il-Papa nnota wkoll kif qed jiżdiedu l-fenomeni ta’ temp estrem li “qed joħolqu tbatija kbira lil dawk l-aktar vulnerabbli fostna”. Papa Franġisku żied jgħid li s-silġ li qed idub, l-iskarsezza tal-ilma, in-nuqqas ta’ attenzjoni għall-ibħra, il-preżenza qawwija ta’ plastik fl-oċeani wkoll huma ta’ nkwiet kbir u jixhdu l-ħtieġa ta’ interventi urġenti li ma jistgħux jibqgħu jkunu posposti.

L-istaġun tal-ħolqien

Fil-messaġġ tiegħu għal din l-okkażżjoni il-Papa żied jikteb: “insejna min aħna: kreaturi maħluqa fuq xbiha t’Alla”. Dan il-Jum Dinji ta’ Talb jiġi fil-bidu tal-Istaġun tal-Ħolqien, inizjattiva ekumentika  li tibqa’ sejra sal-4 ta’ Ottubru, festa ta’ San Franġisk t’Assisi. Matul dan iż-żmien il-Papa qed jistieden lill-insara biex jitolbu, jirriflettu u jieħdu azzjoni.

Il-Papa Franġiku enfasizza li “dan hu l-istaġun fejn inħallu t-talb tagħna jkun ispirat min-natura li

Li spontanjament twassalna biex nirringrazzjaw lil Alla l-Ħallieq”. It-talb u l-appelli tagħna qal il-Papa, “huma ndirizzati l-ewwel biex inqajjmu kuxjenza tal-mexxejja politiċi u ċivili, speċjalment dawk il-Gvernijiet li fix-xhur li ġejjin se jiltaqgħu biex iġeddu l-impenji li huma deċisivi biex jibdlu d-direzzjoni  tad-dinja lejn il-ħajja flok lejn il-mewt”.

Il-Kap tal-Knisja Kattolika qal li dan ix-xahar “hu l-istaġun biex nirriflettu fuq l-istili ta’ ħajjitna, kif id-deċiżjonijiet li nieħdu kuljum dwar l-ikel, il-konsum, il-mezzi ta’ trasport, l-użu tal-ilma, l-enerġija u oġġetti materjali oħra, kultant nagħmluhom bla ħsieb u jagħmlu ħsara.”

Issa hu ż-żmien “biex inwarrbu d-dipendenza tagħna fuq żjut li jniġġsu u b’mod mgħaġġel u deċisiv nibdew nużaw enerġija nadifa u ekonomija ċirkolari sostenibbli. Hu stieden lin-nies biex jitgħallmu “mill-popli indiġeni, li l-għerf tagħhom jgħallimna kif ngħixu f’relazzjoni aħjar mal-ambjent.”

Fil-messaġġ tiegħu l-Papa appella lill-insara biex jieħdu azzjonijiet profetiċi. “Ħafna żagħżagħ madwar id-dinja qed isemmgħu leħinhom u jitolbu għal deċiżjonijiet kuraġġjużi,” qal. Papa Franġisku enfasizza li “lil dawn iż-żgħażagħ irridu nagħtuhom risposti veri mhux kliem fil-vojt, azzjoni mhux illużjoni.

Fi tmiem il-messaġġ tiegħu l-Papa rrifera għal żewġ avvenimenti mportanti li se jsiru fix-xhur li ġejjin: Is-Summit tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima li se jsir ix-xahar id-dieħel u s-Sinodu tal-Isqfijiet dwar l-Amazonia.”Ejja nieħdu dawn l-opportunitajiet biex inwieġbu għall-karba tal-fqar u tal-pjaneta tagħna” temm il-Papa Franġisku.