Il-Papa jappella għar-rispett u l-ġustizzja fil-Belarussja

Read in English.

Il-Papa Franġisku llum talab għar-rispett lejn il-ġustizzja u d-drittijiet fil-Belarussja, fejn eluf ta’ persuni ħarġu fit-toroq iħeġġu lill-President Alexander Lukashenko jirreżenja wara elezzjoni presidenzjali kkontestata.

Fil-messaġġ tal-Angelus tiegħu għal-lum, il-Papa appella għad-djalogu, biex tkun irrifjutata l-vjolenza u jkun hemm rispett lejn il-ġustizzja u d-drittijiet. Hu kien qed jitkellem mill-gallarija tiegħu fi Pjazza San Pietru.

Il-Papa żied li l-ħsibijiet tiegħu kienu mal-Belarussja u li b’attenzjoni kien qed isegwi x’ġara wara l-vot.

L-Unjoni Ewropea se tkun qed timponi sanzjonijiet fuq il-Belarussja bħala risposta għall-aġir vjolenti li hemm fil-pajjiż fejn minn tal-inqas żewġ dimostranti nqatlu u eluf spiċċaw arrestati.

Il-Papa Franġisku qal ukoll li baqa’ jitlob għal Libanu u sitwazzjonijiet drammatiċi oħrajn li għaddejja minnhom id-dinja bħalissa. Il-Libanu jinsab f’inkwiet kbir wara li fl-4 ta’ Awwissu fil-port ta’ Beirut mietu aktar minn 172 persuna, indarbu 6,00 u mat-300,000 sfaw bla dar kawża ta’ splużjoni.