Il-Papa jappella biex il-kardinali jaħdmu għall-ġustizzja

Il-Papa Franġisku ħatar 20 kardinal ġdid waqt il-Konċistorju fil-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan, li qed jeżamina l-ħidma li saret fuq ir-riforma tal-Kurja.
Waqt l-indirizz tiegħu lill-kulleġġ tal-kardinali, il-Papa qal li l-ispirtu tagħhom għandu jkun perfett u assolut, u li l-ħidma tagħhom għandha dejjem tkun għal Kristu u s-saltna tiegħu.
Kompla jgħid li l-kardinali għandhom iwarrbu l-kburija, l-għira u r-rabja, u minflok iħaddnu l-karità. Sostna li t-titlu ta’ kardinal mhux biss prestiġjuż iżda ta’ qadi umli u tenerezza lejn il-Knisja Kattolika.
L-20 Kardinal ġew mill-Italja, Franza, Portugall, Etjopja, New Zealand, Vjetnam, Messiku, Mjanmar, Tajlandja, Urugwaj, Spanja, Panama, Cape Verde u Tonga. 15 minnhom huma taħt l-età ta’ 80, jiġifieri huma eleġibbli biex jiġu eletti Papa.
Waqt il-Konċistorju tħabbret ukoll l-approvazzjoni għall-kanonizazzjoni ta’ Jeanne Emilie de Villeneuve, Marija Baouardy, u Marie Alphonsine Danil Ghattas.
Il-kanonizazzjoni tal-beati se ssir fi 17 ta’ Mejju 2015.
Preżenti għall-Konċistorju kien hemm ukoll il-Papa Emeritu Benedittu XVI.