Il-Papa jappella biex id-dinja ma tkunx indifferenti għall-problemi tal-umanità

Il-Papa jilqa' fil-Vatikan lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti

Fi tmiem laqgħa li kellu mas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, Antonio Guterres, il-Papa Franġisku ħareġ messaġġ fejn enfasizza l-ħtieġa urġenti biex ikunu ndirizzati l-emerġenzi li qed jheddu d-dinja. Hu appella biex id-dinja ma tagħlaqx għajnejha jew iddawwar wiċċha fuq id-diversi problemi, weġgħat li qed jolqtu l-umanità u ningħaqdu biex nibnu dinja fil-paċi għax sostna li “Dak li verament jgħodd fil-ħajja, hi l-imħabba”.

“Hu tajjeb li din il-laqgħa qed issir fil-jiem qabel il-Milied. Dawn hu ġranet meta ħarsitna ddur lejn il-Ġenna u nressqu quddiem Alla l-popli u s-sitwazzjonijiet li huma l-aktar għal qalbna. F’din il-ħarsa aħna nagħrfu li aħna ulied Alla wieħed”.

Il-problemai tal-umanità

“Ma nistgħux u ma għandniex inħarsu n-naħa l-oħra quddiem l-inġustizzja, l-inugwaljanza, l-iskandlu tal-ġuħ fid-dinja, il-faqar, it-tfal li jmutu għax m’għandhoxm ilma x’jixorbu, x’jieklu u anqas kura medika”, sostna l-Papa.

Il-Qdusija Tiegħu fakkar f’dawk il-persuni li qed ikunu mġiegħla jitilqu minn pajjiżhom minħabba l-gwerrert, il-vjolenza, il-faqar, it-tibdil fil-klima u dawk li kultant jispiċċaw ħażin. Hu appella lid-dinja biex tingħaqad u tiġġieled kull forma ta’ abbuż fuq it-tfal u negħlbu l-indifferenza quddiem l-attakki fuq id-dinjità umana u l-ħajja, inkluż dik tat-tfal mhux mitwielda.

“Ma nistgħux u m’għandniex indawwru wiċċna meta dawk bi twemmin differenti minn tagħna huma persegwitati f’diversi partijiet tad-dinja”, qal il-Papa,  L-użu tar-reliġjon biex inxewwxu għall-mibegħda, l-vjolenza, l-oppressjoni, l-estremiżmu u l-fanatiżmu jew biex in-nies ikunu mġiegħla jeżiljaw ruħhom jew ikunu emarġinati, jgħajjtu għal ġustizzja quddiem Alla”, qal il-Kap talKnisja Kattolika.

L-armi nukleari

Il-Papa Franġisku kkundanna t-tellieqa  għall-armi fosthom armi nukleari u qal li anke dawn “jgħajjtu ġustizzja quddiem Alla”.  L-użu u l-pusses tal-armi nukleari, huma immorali għax imqar il-periklu ta’ accident nukleari hu theddida kerha għall-umanità”.

Hu appella lid-dinja biex ma tkunx indifferenti għall-ħafna gwerrer li għadhom għaddejjin u li qed joqtlu ħafna nies innoċenti.

Biex ikollna dinja fil-paċi irid ikollna fiduċja fid-djalogu bejn il-bnedmin u bejn in-nazzjonijiet, fil-multilateraliżmu, fir-rwol tal-organiżazzjonijiet internazzjonali u fid-diplomazija bħala għodda li ssaħaħ il-ftehim.

Kura tad-dar komuni

Fil-messaġġ tiegħu l-Papa Franġisku tkellem ukoll dwar il-kura tad-dinja u appella biex “nieħdu ħsieb l-art li ġenerazzjoni wara oħra Alla fdalna f’idejna biex nikkultivaw u ngħadduha lil uliedna”. Hu enfasizza l-bżonn urġenti li nimpenjaw ruħna li “nnaqsu l-emissjonijiet li jniġġżu u għal ekoloġija integrali u appella biex ‘nagħmlu xi ħaġa qabel ikun tard wisq’”.

Il-Papa appella lill-komunità internazzjonali biex tisma’ liż-żgħażagħ li jgħinuna nsiru konxji minn dak li qed jiġri fid-dinja l-lum u jitolbuna biex inkunu bennejja tal-paċi flimkien u naħdmu għal ċiviltà aktar ġusta u umana.

Papa Franġisku temm il-messaġġ tiegħu fuq nota tal-Milied u qal li “il-Milied fis-sempliċità tiegħu jfakkarna li dak li vermament jgħodd fil-ħajja, hi l-imħabba”.

Wara l-Papa anke s-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti Guterres ta messaġġ li fih enfasizza “il-vuċi morali ċara” tal-Papa Franġisku fuq suġġetti li huma fil-qalba tal-mandat tan-Nazzjonijiet Uniti.