Il-Papa jaħtar kelliem ġdid għall-Vatikan

Il-Papa Franġisku ħatar lil Matteo Bruni bħala l-kelliem il-ġdid tal-Vatikan.

Dan tħabbar fil-Bollettino tas-Santa Sede. Bruni twieled fl-1976 u huwa mir-Renju Unit. Hu kien imexxi l-loġistika tal-midja għaż-żjarat tal-Papa.

Bruni se jkun qed jidħol f’din il-kariga li kienet okkupata minn Alessandro Gisotti li laħaq bħala kelliem interim wara t-tluq ta’ Greg Burke f’Diċembru.

Skont l-Associated Press, Gisotti dejjem kien qal li t-terminu tiegħu kien se jkun wieħed temporanju minħabba x-xogħol tiegħu.

Il-Vatikan ħabbar li Gisotti se jkun id-deputat direttur editorjali fi ħdan il-ministeru tal-komunikazzjoni.

Il-ħatra ta’ Bruni hija l-aħħar ċaqlieqa li seħħet fit-taqsima tal-komunikazzjoni tal-Vatikan taħt it-tmexxija tal-Papa Franġisku.