Il-Papa jagħżel l-iskjavitù bħala t-tema tal-Jum Dinji tal-Paċi 2015

Il-Papa Franġisku għażel l-iskjavitu bħala t-tema prinċipali għall-Jum Dinji tal-Paċi tal-2015.
Il-Kunsill Pontifiċju għall-Ġustizzja u l-Paċi ħabbar li l-motto prinċipali se jkun: “Daqshekk skavi, imma aħwa.”
Il-Kunsill Pontifiċju spjega li fid-dinja tal-lum l-iskjavitù jidher bħala xi ħaġa tal-passat iżda “hija pjaga li għada reali fid-Dinja tal-Lum.”
Stqarrija maħruġa mill-Kunsill tispjega li l-kummerċ bl-immigranti u l-prostituzzjoni, ix-xogħol prekarju, is-swat fuq nisa u tfal huma kollha forom ta’ skjavitu modern.
Il-Kunsill jisħaq li ndividwi u gruppi ta’ nies madwar id-dinja jieħdu vantaġġ mill-kunflitti, il-kriżijiet ekonomiċi u l-korruzjoni biex ikunu jistgħu jwettqu l-ħażen tagħhom.
It-tema tal-2015 se tkun qed tibdni fuq dik ta’ din is-sena li kienet il-fraternità. L-istqarrija tispjega li bħala ulied Alla, u għaldaqstant aħwa, kulħadd għandu l-istess dinjità.
Iżżid li l-iskjavitu “joqtol il-fundament tal-fraternità u għaldaqstant tal-paċi tieqaf teżisti.”
Il-Jum Dinji tal-Paċi twaqqaf mill-Papa Pawlu VI u jkun iċċelebrat fl-ewwel tas-sena. Dan li ġew se jkun l-48 Jum u t-tieni wieħed għal Papa Franġisku.