Il-Papa jagħti donazzjoni ta’ ventilaturi lil sptar fil-Malawi

Il-Papa Franġisku waqt l-Omelija fiil-Quddiesa f'Nagasaki

Read in English.

Sptar fil-Malawi mmexxi mill-Knisja Kattolika rċieva donazzjoni ta’ ventilaturi mill-Papa Franġisku biex jgħinu fil-pandemija tal-COVID-19.

L-isptar ta’ Likuni huwa mmexxi mill-Catholic Bishops’ Conference ta’ Malawi u jinsab ftit ‘il bogħod mill-kapitali Lilongwe. L-isptar huwa mmexxi mis-sorijiet missjunarji ta’ San Franġisk t’Assisi.

Iż-żieda fil-każijiet mhux mistennija ta’ persuni infettati bil-coronavirus f’dan il-pajjiż wasslet biex ikun hemm aktar minn 5,300 persuna infettata u minn tal-inqas 168 persuna mejta. Il-Malawi huwa kkunsidrat wieħed mill-aktar pajjiżi foqra tad-dinja.

Permezz tad-donazzjonijiet li ngħataw lill-Knisja Kattolika tal-Malawi, l-isptar addatta t-tagħmir tiegħu biex ikun jista’ jindirizza din il-pandemija. Il-ventilaturi li ngħataw mill-Papa Franġisku se jkunu qegħdin jgħinu biex itejbu s-servizz tagħhom.

L-Amministratur tal-Isptar Sr Agnes Lungu wriet il-gratitudni tagħha lejn il-Papa Franġisku għal din id-donazzjoni tant bżonjuża.