Il-Papa jaċċetta riżenja ta’ Kardinal fuq allegazzjonijiet t’abbużi sesswali

REUTERS/Tony Gentile/File Photo

Il-Papa Franġisku aċċetta r-riżenja tal-Kardinal Theodore McCarrick, l-eks arċisqof tal-belt kapitali tal-Istati Uniti ta’ Washington. Riċentament, hu kien prominenti fil-ġurnali wara alegazzjonijiet t’abbużi sesswali fuq il-minuri u kif ukoll fuq l-adulti.

Il-Vatikan stqarr li l-Papa aċċetta r-riżenja u talab is-sospensjoni tiegħu minn kull ministeru pubbliku. Huwa obbligah ukoll li jibqa’ f’dar li se jassenjawh biex jgħix ħajja ta’ talb sakemm l-akużazzjonijiet ta’ kontrih jiġu konklużi quddiem il-Qorti.

Dan wara li McCarrick kien akkużat li daqs 40 sena ilu abbuża tifel ta’ ħdax-il sena b’mod sesswali. It-tifel, illum raġel, żied jgħid li dan l-abbuż kompla għal għoxrin sen’oħra mill-ewwel darba li ġara l-att.

Id-djoċesi ta’ Newark u Metuchen f’New Jersey ukoll żvelaw li rċivew tliet rapporti dwaru ta’ mġiba mhux xierqa ma’ adulti.