Abbuż Ċilì: Il-Papa jaċċetta 2 riżenji oħra

Read in English.

Il-Papa Franġisku aċċetta r-riżenja ta’ żewġ isqfijiet Ċileni oħra li ġew maqbuda fl-iskandlu tal-abbuż sesswali fil-pajjiż. B’hekk in-numru ta’ riżenji aċċettati mill-Papa tela’ għal ħamsa, wara li l-Arisqof Malti Charles Scicluna żar iċ-Ċili u ħejja rapport estensiv dwar is-sitwazzjoni interna fil-pajjiż Sudamerikan.

L-istqarrija kompliet tgħid li l-Isqfijiet Alejandro Goic Karmelic tal-belt ta’ Rancagua u Horacio del Carmen Valenzuela Abarca tal-belt ta’ Talca ġew sostitwiti minn Kummissarji, magħrufa bħala amministraturi apostoliċi.

Il-Papa aċċetta r-riżenja ta’ tliet isqfijiet oħra fil-11 ta’ Ġunju. Matul dan l-aħħar xahar, l-34 isqof taċ-Ċilì kollha offrew ir-riżenja tagħhom wara laqgħa mal-Papa dwar l-allegazzjonijiet li ħbew il-każi ta’ abbużi sesswali.