Il-Papa Ġwanni XXIII għex l-Evanġelju

John_XXIII

Il-Papa Franġisku ddeskriva lill-Papa Ġwanni XXIII, illum qaddis, bħala persuna li ħabbet u għexet l-Evanġelju u tat xiehda tiegħu tul ħajjitha.
Bħalissa l-fdalijiet tal-“Papa tat-Tbissima” jinsabu għal 20 ġurnata fid-djoċesi ta’ Bergamo fejn hu kien jgħix. Dan qed isir biex jimmarka s-60 anniversarju mill-elezzjoni tiegħu għall-Pontifikat u l-55 anniversarju minn mewtu.
Il-Papa tkellem dwar San Gwanni XIII f’intervista mal-gazzetta Taljana “Eco di Bergamo” li matulha tkellem ukoll dwar diversi temi fosthom iż-żgħażagħ, id-djalogu inter-reliġjuż, it-terroriżmu u l-bżonn li l-Kristjaneżmu jkun il-laqgħa tagħna ma’ Alla.
“Il-Kristjaneżmu mhux xi ideal li wieħed irid isegwi, jew xi filosofija li għandu jemmen jew xi morali li jrid japplika, imma hu laqgħa ma’ Ġesu’ Kristu li tgħinha biex fil-persuna tal-oħrajn naraw il-preżenza reali tiegħu. Il-Kristjaneżmu jfisser li rridu nidħlu fil-qalba tal-Evanġelju”.
Din hi stedina biex naqsmu l-ħobża tagħna mal-fqir, biex nikkuraw lill-morda u l-anzjani u lil dawk li minn għandhom ma nistgħu nistennew xejn. L-istorja ta’ Angelo Roncalli, li eventwalement Sar Papa Ġwanni XXIII hi magħmula minn dawn il-ġesti li qarrbuh lejn il-fqar u dawk fil-bżonn bla ma qagħad iqis x’kien it-twemmin tagħhom.
Il-Papa Franġisku qal li min-natura tagħha il-Knisja hi missjunarja u trid toħroġ biex tagħti xiehda tal-Evanġelju. Jekk le issir biss knisja ideoloġika li taħseb biss fiha nfisha.
Anke fil-Knisja meta ma wieħed ma jgħix il-loġika tal-komunjoni u minflok jieħu l-atteġġjament tal-korporazzjonijiet, ikun hemm il-periklu li jinbnew strateġiji ta’ ġlied għall-poter u r-rwoli.  Għalhekk il-bniedem u mhux l-istrateġiji, l-antitodu għall-falzita.
Il-Papa qal li hi gidba u ma jagħmilx sens li wieħed jgħid li l-Islam ifisser terroriżmu. Dan mhux veru u hemm bżonn li joktor id-djalogu inter-reliġjuż.