​Il-Papa għal żjara storika fil-Myanmar

Il-Papa Franġisku se jkun l-ewwel Papa li jżur il-pajjiż Ażjatiku tal-Myanmar.
Huwa mistenni jżur dan il-pajjiż fis-27 ta’ Novembru fejn se jdum erbat ijiem.
Rapport mill-ġurnal Union of Catholic Asian News jikkwota sorsi li jgħidu li l-Papa se jżur il-Myanmar wara waqfa fil-Bangladesh.
F’Mejju ta’ din is-sena, il-Vatikan ħabbar relazzjonijiet diplomatiċi uffiċjali mal-Myanmar, pajjiż li fih kważi 400 parroċċa Kattolika.
Skont Amnesty International, id-diskriminazzjoni, intolleranza reliġjuża u sentimenti anti-Iżlamiċi huma prominenti ferm fil-Myanmar.