Il-Papa ġdid se jiġi elett wara l-15 ta’ Marzu

Il-konklavi biex ikun elett Papa ġdid mistennija jsiru wara l-15 ta’ Marzu. Dan ħabbru id-Direttur tal-Komunikazzjoni tal-Vatikan, Fr Federico Lombardi.

Huwa ħabbar ukoll li fit-28 ta’ Frar fil-5pm, il-Papa Benedittu Sittax iħalli l-Vatikan għall-aħħar darba biex imur Castel Gandolfo. Il-vjaġġ se jagħmlu abbord ħelikopter. Filgħodu il-Papa jkollu l-aħħar impenn uffiċjali tiegħu meta jsellem lill-Kardinali waqt udjenza fis-sala Clementina fil-Vatikan.