Il-Papa Franġisku u Benedittu XVI jitlaqqmu kontra l-Covid-19

Read in English.

Il-Papa Franġisku u l-Papa Emeritu Benedittu XVI tlaqqmu kontra l-coronavirus.

Iż-żewġ papiet ħadu l-ewwel doża tal-vaċċin ta’ Pfizer u BioNTech wara li l-Vatikan beda bil-programm tat-tlaqqim ilbieraħ.

Matteo Bruni, id-Direttur tal-Uffiċċju tal-Istampa tas-Santa Sede wieġeb lill-ġurnalisti billi kkonferma li huma ħadu l-ewwel doża. Il-Papa Franġisku għandu 84 sena, filwaqt li l-predeċessur tiegħu għandu 93 sena.

Fil-jiem li għaddew, il-Papa Franġisku kellu intervista fuq l-istazzjon Taljan Canale 5, u fiha qal li din il-ġimgħa se jieħu l-vaċċin.

Huwa ħeġġeġ lil kulħadd biex jitlaqqam kontra l-coronavirus, għall-ġid tas-soċjetà kollha.