Il-Papa Franġisku se jiċċelebra l-Għid, b’quddiesa fi pjazza San Pietru

Wara li s-Sibt filgħaxija l-Papa Franġisku mexxa l-Vġili tal-Għid fil-bażilika ta’ San Pietru, aktar tard illum, il-Papa Franġisku mistenni jiċċelebra l-ewwel Għid tiegħu bħala Papa, b’quddiesa fil-pjazza ta’ San Pietru.

Waqt iċ-ċelebrazzjoni ewkaristika mistenni jwassal il-messaġġ tiegħu filwaqt li mbagħad anke jwassal l-Urbi et Orbi u l-barka tiegħu mill-gallarija.

Il-festa tal-Għid hija l-akbar festa tal-Insara, bil-Papa Franġisku appella sabiex il-bniedem iħalli lil Kristu Rxoxt jidħol f’ħajtu hekk kif Kristu hu l-ħajja.

Hu mifhum li l-Vġili tal-Għid li l-Papa Franġisku ċċelebra kienet iqsar mis-soltu, bil-Vatikan sostna li l-Papa preżenti jippreferi inqas dewmien.