Il-Papa Franġisku se jibda żjara fis-Sri Lanka u l-Filippini

Din il-ġimgħa l-Papa Franġisku se jibda t-tieni pellegrinaġġ Ażjatiku tiegħu fejn se jżur is-Sri Lanka u l-Filippini.
Dan il-vjaġġ qed isir eżattament 20 sena wara li l-Papa Ġwanni Pawlu t-Tieni kien żar lil dawn iż-żewġ pajjiżi.
Fis-Sri Lanka, il-Papa se jsib jilqgħu lill-President il-ġdid Maithripala Sirisena li ħa post il-President ta’ qablu li ma kienx igawdi mill-fiduċja tal-minoritajiet reliġjużi. Franġisku se jasal f’Kolombo, l-belt kapitali tas-Sri Lanka nhar it-Tlieta li ġej.
Il-Papa mistenni jwassal messaġġ ta’ rikonċiljazzjoni, partikolarment mal-minoritajiet reliġjużi. Sal-2009 il-pajjiż kien mifni bi gwerra li damet għaddejja għal madwar 25 sena, bl-attakki vjolenti mir-ribelli tat-Tamil Tiger.
Fl-istess vjaġġ tiegħu, il-Papa se jżur ukoll il-Filippini.