Il-Papa Franġisku popolari ħafna fost il-Kattoliċi Amerikani

popular-pope

Read in English.

Wara Pontifikat ta’ ħames snin, il-Papa Franġisku għad għandu appoġġ qawwi fl-Istati Uniti tant li l-aħħar stħarriġ tal-opinjoni pubblika juri li aktar minn 84% tal-Kattoliċi fl-Amerika japprovaw il-ħidma tiegħu.

Skont stħarriġ ġdid li sar mill-Polling Institute tal-Università ta’ San Leo, li tagħmel stħarriġ regolarment dwar il-Papa, l-approvazzjoni għall-ħidma tiegħu fost l-Amerikani żdiedet minn 65.6% għal 68.7% u mit-62.9% li kienet f’Novembru li għadda.

Dr Marc Pugliese, Professur tar-Reliġjon u t-Teoloġija fl-università msemmija jgħid li din iż-żieda fil-popolarità f’għeluq il-ħames snin tal-pontifikat tiegħu, aktarx hi dovuta għal dokumentarju li ħareġ riċentement “Il-Papa Franġisku – Raġel ta’ Kelmtu”, li barra milli jagħti ħarsa lejn il-pontifikat b’mod ġenerali, kull darba li deher il-Papa Franġisku dejjem deher f’dawl pożittiv.