Il-Papa Franġisku mistenni jżur il-Mafja f’Napli

Il-Papa Franġisku se jżur il-Mafja f’Caserta, qrib Napli fi tmiem il-ġimgħa.
Wara l-qtil tat-tifel Nicola Campolongo ta’ tliet snin f’Jannar li għadda, li inħaraq f’karozza li tqabbdet mill-Mafja, il-Papa ma żammx lura milli jitkellem kontra l-kruha tal-vjolenza u dawk li jwettquha.
F’Ġunju li għadda, il-Papa qal li gruppi kriminali tal-Mafja huma skomunikati mill-Knisja, wara li kien żar il-familjari tat-tifel li kien ġie maqtul.
Iż-żjara f’Napli se tkun it-tieni waħda tiegħu fil-qalba tal-Mafja.
Hemmhekk se jiċċelebra quddies u jiltaqa’ mal-kleru tal-post.
Iż-żona hi magħrufa għat-traffikar tad-drogi, prostituzzjoni u ħasil ta’ flus.