Il-Papa Franġisku l-ewwel f’lista tal-aqwa mexxejja fid-dinja

Fil-lista ta’ l-aqwa 50 mexxej tad-dinja, miġbura minn CNN, Fortune and Money, hemm il-Papa Franġisku fl-ewwel post.
Huwa ġie deskritt bħala bniedem li ta direzzjoni ġdida kemm lill-membri tal-Knisja Kattolika kif ukoll lil dawk li m’humiex Insara.
L-effett ta’ Franġisku ħalla wkoll impatt fuq il-karità li wieħed jagħmel matul is-sena.
Fit-tieni post hemm il-Kanċillier Ġermaniża Angela Merkel, bl-irwol tagħha fl-Unjoni Ewropea.
Fl-ewwel 10 fuq il-lista hemm ukoll Kap Eżekuttiv tal-Ford u tal-kumpanija tal-Amazon, ir-raġel ta’ Hillary Clinton, Bill Clinton, attivist u rebbieħ tal-Premju Nobel Aung San Suu Kyi, Kap tal-Forzi Armati tal-Istati Uniti, kif ukoll id-Dalai Lama.
F’din il-lista ta’ mexxejja hemm ukoll il-kantant ta’ U2, Bono, kif ukoll l-attriċi Angelina Jolie għax-xogħol umanitarju tagħhom.