Il-Papa Franġisku qabbel il-pedofelija ma’ mard infettiv

Il-Papa Franġisku, wiegħed li ser jiġġieled il-pedofilja mill-kleru wara li hu fissirha bħala marda li qed tinfetta l-Knisja.
Waqt intervista mal-gazzetta Taljana, La Repubblica, il-Papa qal li 2% tal-kleru huma pedofili.  Dan ifisser madwar 8,000 membru tal-kleru minn total ta’ aktar minn 400,000.
Hu saħaq li jeżisitu mod ta’ kif din il-kwistjoni tista’ tiġi indirizzata.
Aktar kmieni din is-sena, il-Papa talab maħfra lil dawk milquta minn kull tip ta’ abbuż, filwaqt li fehem ir-rabja li hemm marbuta ma' dawn il-każijiet.