Il-Papa Franġisku jżur lill-Papa Emeritu qabel il-Milied

Il-Papa Franġisku żar lill-Papa Emeritu Benedittu XVI fir-residenza Mater Ecclesiae fil-ġardini tal-Vatikan sabiex jagħtu l-awgurju ta’ Milied ħieni lil xulxin.

Iż-żjara li saret ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tas-6.15pm hija waħda tradizzjonali għall-Papa Franġisku hekk kif ilha ssir mill-ewwel sena li ġie elett.