Il-Papa Franġisku joħroġ il-kartiera biex iħallas flokk

Fil-jiem li għaddew, il-Papa Franġisku mar jiltaqa’ mal-grupp ta’ pellegrini li akkumpanjaw lill-Kappillan tal-Parroċċa ta’ Santa Lucia di Pescantina li mar Ruma biex jagħti bħala rigal lill-Papa l-karozza Renault 4.

Il-Papa mar bl-istess karozza fil-post fejn kien hemm il-pellegrini, biex jagħtihom merħba.

Hekk kif tifel resaq lejn il-Papa biex jagħtih flokk, il-Kappillan Dun Renzo Roca qallu li normalment il-flokkijiet ibigħuhom €5 biex jiġbru fondi għall-attivitajiet li jorganizzaw fil-parroċċa, iżda li dak kien rigal għalih.

Madanakollu l-Papa baqa’ jinsisti u ħareġ il-kartiera u ħallas għall-flokk hu stess.