Il-Papa Franġisku joffri 30 magna tan-nifs

Read in English.

Il-Papa Franġisku lbieraħ offra 30 magna tan-nifs lil 30 sptar fl-Italja. Dan tħabbar ilbieraħ mill-Vatikan, fejn intqal li l-isptarijiet għadhom iridu jiġu determinati.

Dawn il-magni huma neċessità kbira f’dawn il-mumenti b’mod speċjali fejn il-pazjenti qegħdin jiżdiedu b’rata kbira.

L-Italja hi fost l-aktar pajjiżi milquta bil-COVID-19 għaliex l-imxija nxterdet b’rata allarmanti. Diversi esperimenti qegħdin isiru biex kull magna, li normalment tintuża fuq persuna waħda, tkun tista’ tiffaċilita r-respirazzjoni ta’ tnejn min-nies u b’hekk jirdoppja l-ammont ta’ persuni li jistgħu jiġu megħjuna.

Barka speċjali mill-Papa

Aktar tard illum, il-Papa Franġisku se jagħti b’mod straordinarju l-barka imsejħa Urbi et Orbi (lill-belt ta’ Ruma u lid-dinja), illum il-Ġimgħa fis-6pm. Għal din l-okkażjoni se jinġieb is-salib Mirakoluż li jinsab f’San Marcello al Corso. Newsbook.com.mt se jxandar din il-barka live.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn