Il-Papa Franġisku jmur Mozambique biex jikkonsolida l-paċi

Pope Francis departs Fiumicino Airport to begin his visit to the African nations of Mozambique, Madagascar and Mauritius, in Rome, Italy September 4, 2019. REUTERS/Remo Casilli

Read in English.

Il-Papa Franġisku llum erħielha lejn Mozambique sabiex jinkoraġġixxi l-pajjiż biex jissielet għall-paċi. Hu se jkun qed jagħmel tour ta’ tliet nazzjonijiet Afrikani fejn it-tibdil fil-klima, il-faqar u l-korruzzjoni se jkunu prijoritajiet għad-diskussjoni.

L-eks kolonja Portugiża kienet bdiet wara 15-il sena ta’ gwerra ċivili, fl-1992. Kien biss ix-xahar li għadda li l-President Filipe Nyusi u l-mexxej tal-oppożizzjoni Ossufo Momade iffirmaw ftehim permanenti sabiex jieqaf il-ġlied.

Intant, hekk kif il-pajjiż joqrob għall-elezzjonijiet ta’ Ottubru, bosta qed jibżgħu li se jkun hemm attakki vjolenti fil-pajjiż.

Manuela Muianga li hija bijoloġista fil-kapitali Maputo qalet li l-Papa ġej fi żmien meta l-poplu qed jipprova jikkonsolida l-paċi. Qalet li l-Kattoliċi jħossu li l-Papa huwa bniedem viżjonarju li jista’ jgħin lil dawn il-persuni jsaħħu t-tama u jinsew dak kollu li jqanqal il-ġlied.

Il-Papa, li għada mistenni jiltaqa’ mal-mexxejja, semma t-tħassib tiegħu f’messaġġ li għadda lill-pajjiż permezz ta’ filmat qabel il-vjaġġ ta’ sebat ijiem li se jieħdu wkoll il-Madagascar u Mauritius.