Il-Papa Franġisku jiltaqa’ mal-President ta’ pajjiżu

Pope Francis greets Argentina's President Alberto Fernandez during a private audience at the Vatican, January 31, 2020. REUTERS/Remo Casilli/Pool

Il-Papa Franġisku appella lill-President ta’ pajjiżu biex ikun messaġġier ta’ paċi. Dan l-appell sar waqt laqgħa li t-tnejn kellhom fil-Vatikan. 

Alberto Fernandez ħa l-ġurament tal-ħatra x-xahar li għadda f’perrjodu relattivment diffiċli għall-Arġentina. Il-pajjiż bħalissa qed jipprova jegħleb l-isfida ta’ inflazzjoni bla rażan, biża li ma’ jlaħħqux mal-ħlas tad-dejn u żieda fil-faqar. 

Il-President Arġentin għandu għal qalbu ħafna mill-idejali ta’ Papa Franġisku fir-rigward tal-ġustizzja soċjali u kemm il-darba ikkwotah fid-diskors inawgurali tiegħu. 

Huwa wiegħed li ser ikun qed jagħmel l-almu tiegħu biex jegħleb id-diviżjoni soċjali li teżisti permezz ta’ miżuri u inċentivi biex jistimulaw l-ekonomija u jindirizza l-ġuħ u l-faqar.