Il-Papa Franġisku jiċċelebra l-Ġimgħa l-Kbira għall-ewwel darba

Ilum il-Papa Franġisku kkonċelebra għall-ewwel darba l-funzjoni tal-Ġimgħa l-Kbira. Huwa ppresieda fil-funzjoni ta’ wara nofsinhar fil-Bażilika ta’ San Pietru. 

Aktar tard mexxa ċ-ċelebrazzjoni tal-Via Crucis li saret fil-Kolosseo. Din il-puċissjoni kienet animata bix-xemgħat. Il-Papa Franġisku ried li jsiru t-talbiet għal paċi u li dawn jinkitbu minn grupp żgħażagħ mill-Libanu. Dawn inqraw fil-Via Crucis, fosthom “Ejja Spirtu s-Santu, farraġ u saħħaħ lill-Insara, speċjalment dawk fl-Ilvant Nofsani.” U “ejja nitolbu għal dawk l-immigranti li mhumiex qed jgħixu f’arthom, sabiex huma wkoll jirritornaw lura lejn darhom”.