Il-Papa Franġisku jħassar żjara għax ma jiflaħx

Il-Papa Franġisku jinsab indispost għax ma jiflaħx u għalhekk kellha titħassar iż-żjara li kellu jagħmel illum fis-Seminarju Maġġuri ta’ Ruma fl-okkażjoni tal-festa tal-Madonna tat-Tama.
Fi stqarrija għall-istampa maħruġa mill-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan, id-Direttur Ġiżwita Federico Lombardi spjega li t-tabib ta parir lill-Papa Franġisku sabiex jistrieħ.
Għalhekk il-Papa Franġisku llejla mhux se jkun qed jagħmel iż-żjara li kienet ippjanata fis-Seminarju Maġġuri ta’ Ruma.