Il-Papa Franġisku jħabbar kardinali ġodda

Dalgħodu waqt ir-reċita tal-Anġelus fi Pjazza San Pietru, l-Papa Franġisku ħabbar l-ismijiet ta’ 15-il Isqof u Arċisqof li se jinħatru kardinali ġodda f’konċistorju li se jsir fl-14 ta’ Frar li ġej.
Il-Papa ħabar ukoll l-ismijiet ta’ ħames kardinali ġodda li se jinħatru bħala rikonxximent għax-xogħol siewi li għamlu fil-Knisja
Fost il-kardinali l-ġodda hemm ħamsa Ewropej, tlieta mill-Asja, tlieta mill-Amerika Latina, tnejn mill-Afrika u tnejn mill-Oċeanja.
L-iktar kardinal anzjan hu l-Emeritu ta’ Manizales, Mons Pimiento Rodriguez ta’ 95 sena filwaqt li l-iktar kardinal żgħir fl-età se jkun l-Arċisqof ta’ Tonga Mons Mafi u għandu 53 sena.