Il-Papa Franġisku jħabbar jum ta’ karità b’risq il-poplu Ukren

Il-Papa Franġisku waqt it-talba tar-Regina Coeli fi Pjazza San Pietru, fil-Vatikan ħabbar li nhar il-Ħadd 24 t’April il-Knisja fl-Ewropa se tkun qed tingħaqad f’ġurnata ta’ karità b’risq il-poplu fl-Ukraina.
Fil-jum iddedikat għall-Ħniena Divina, fis-sena tal-Ġublew tal-Ħniena, Papa Franġisku quddiem folla ta’ madwar 50 elf ruħ fakkar kif il-poplu Ukren għadu għaddej minn żmien ta’ prova, b’eluf ta’ nies imutu u miljuni oħra kostretti jħallu pajjiżhom quddiem sitwazzjoni diffiċli li għadha qed tippersisti.
Il-Papa kkundanna wkoll l-użu tal-mini tal-gwerra li għadhom qed jiġu użati u li qed iħallu numru kbir ta’ vittmi.