Il-Papa Franġisku ddikjara mit-8 ta’ Diċembru 2020 sat-8 ta’ Diċembru 2021 is-sena ta’ San Ġużepp sabiex ifakkar il-150 sena minn meta l-Papa Piju IX kien għamel lil San Ġużepp patrun tal-Knisja Universali.
Din id-dikjarazzjoni l-Papa għamilha fl-ittra appostolika “Patris corde.”
Il-Papa Franġisku ddeskriva lil San Ġużepp bħala missier ubbidjenti, maħbub u ħaddiem. Il-Papa qal li San Ġużepp qala’ l- għajxien sinċier tiegħu billi kien mastrudaxxa u għallimna l-valur ta’ ferħ li tiekol biċċa ħobż u taħdem għaliha int stess.
Il-Papa għamel appell favur ix-xogħol, billi llum din hi problema f’ħafna pajjiżi. Huwa qal li San Ġużepp hu patrun eżemplari tal-ħaddiema.