Filmat: Il-Papa Franġisku jgħammed tifel Malti

Tifel Malti kien fost il-11-il persuna li l-Papa Franġisku għammed fil-Vġili tal-Għid fil-Vatikan.
It-tifel huwa Isaac Jason Francesco Scicluna ta’ 12-il sena.
Minbarra lil Isaac, il-Papa Franġisku għammed adulti oħra li kkonvertew għall-Kattoliċiżmu. L-iżgħar wieħed kellu disa' snin.
Il-persuni mgħammda huma mill-Italja, minn Spanja, mir-Repubblika Ċeka, mill-Istati Uniti, mill-Albanija, mill-Malasja u miċ-Ċina.
Preżenza oħra Maltija fil-Vatikan kienet tal-Kardinal Malti Prospero Grech, li dalgħodu waqt il-Quddiesa tal-Għid, deher fil-gallarija maġenb il-Papa Franġisku, waqt li kien qed jagħti l-barka Urbi et Orbi.