Il-Papa Franġisku jċempel lill-ġenituri ta’ James Foley

Il-Papa Franġisku ċempel lill-familja tal-ġurnalist Amerikan James Foley li nqatel mill-grupp militanti Islamic State (IS) aktar kmieni din il-ġimgħa.
Id-Direttur tal-Uffiċċju tal-Kommunikazzjoni tal-Vatikan, Patri Federico Lombardi kkonferma li l-Papa għamel telefonata privata lill-ġenituri tal-ġurnalista, Diane u John Foley.
Il-ġurnalista kien qed jaħdem fis-Sirja meta ġie maħtuf sentejn ilu.
Foley, li kien Kattoliku, kiteb kif meta kien ostaġġ f’ħabs fil-Libja fl-2011, kien jitlob ir-Rużarju.