Il-Papa Franġisku jappella lill-Kardinali biex jevitaw il-ħajja materjalista

Il-Papa Franġisku kiteb lill-kardinali li mistennija jinħatru x-xahar id-dieħel, u wissihom biex joqogħdu lura mill-ħajja materjalista u ċ-ċelebrazzjonijiet.  Appellalhom li għandhom ikunu umli u sempliċi.

Il-Papa Franġisku wissa wkoll biex ma jkunux ambizzjużi u naqqas l-użu tat-titli ta’ monsinjuri bħala parti mill-pjanijiet tiegħu.

Sostna li l-kariga ta’ kardinal mhijiex promozzjoni, unur jew dekorazzjoni. “Huwa biss servizz li jitlob spettru aktar wiesa’ u qalb ikbar". qal il-Papa.

Qal li d-19-il kardinal ġdid, li se jinħatru fit-22 ta’ Frar, għandhom isegwu l-eżempju ta’ Kristu, it-triq tal-umiltà.

Ħalli kumment hawn b'ismek u kunjomok.