Il-Papa Franġisku jappella biex in-nies ikunu protetti fis-Sirja

REUTERS/ Khalil Ashawi/File Photo

Il-Papa Franġisku appella lil dawk kollha involuti fil-kunflitt tas-Sirja biex jiddefendu d-drittijiet tal-bniedem u jipproteġu n-nies li jinsabu fir-reġjun tat-Tramuntana, Idlib. Dan wara li reġjun li jinsab f’idejn ir-ribelli huwa mhedded minn attakki imminenti mill-Gvern Sirjan.

Sorsi qalu li l-Gvern ta’ Assad qed jipprepara l-offensiva fuq ir-reġjun f’tentattiv li jieħu lura Idlib minn idejn ir-ribelli.

Il-Papa Franġisku qal li diversi eluf miġbura quddiem fi pjazza San Pietru li jidher li ħa jkun hemm katastrofi umanitarja fis-Sirja fil-provinċja ta’ Idlib hekk kif jidher li se jkun hemm gwerra oħra. Huwa appella lill-kommunità internazzjonali u dawk kollha involuti biex jużaw id-diplomazja, id-djalogu u jinnegozzjaw biex b’hekk il-ħajjiet taċ-ċivili jkunu protetti.