Read in English.
Il-Papa Franġisku ħareġ bil-mixi mill-Vatikan biex mar jitlob fil-Bażilika ta’ Santa Maria Maggiore f’Ruma. F’ritratt drammatiku ppubblikat mill-Vatikan huwa deher miexi f’Via del Corso li hija waħda mit-toroq ewlenin ta’ Ruma.
Il-Papa żar ukoll il-knisja ta. San Marcello fejn talab quddiem il-kurċifiss li kien intuża f’purċissjoni meta Ruma nħakmet mill-marda qerrieda tal-pesta fl-1522.
Il-Vatikan fi stqarrija qal li l-Papa talab biex tieqaf il-pandemija filwaqt li talab ukoll għall-morda, il-familji tagħhom, il-professjonisti mediċi kollha li jduru bihom, l-ispiżjara u dawk kollha li jaħdmu fi ħwienet tal-ikel fi żmien li l-Italja għaddejja minn lockdown nazzjonali.
Aktar kmieni l-Vatikan ħabbar ukoll li ċ-ċelebrazzjonijiet u l-funzjonijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa mhux se jkunu miftuħa għall-pubbliku.
Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn.