Il-Papa Franġisku f’udjenza privata ma’ Martin Schulz

Il-Papa Franġisku llum se jkollu udjenza privata mal-President tal-Parlament Ewropew, Martin Schulz.

Schulz imbagħad se jiltaqa’ mas-Segretarju tal-Istat tal-Vatikan Tarcisio Bertono u s-Segretarju tar-Relazzjonijiet mal-Istati Mons. Dominique Mamberti.

Din il-laqgħa se tkun segwita minn laqgħa ma’ immigranti żgħażagħ fil-Komunità ta’ St Egidio.

Se jkun hemm ukoll dibattitu fl-Università Gregorjana bit-titlu “Together against poverty and social exclusion”.