Il-Papa Franġisku b’Ittra Appostolika dwar l-abbużi sesswali

Il-Papa rrikonoxxa l-virtu erojka ta' tifel ta' disa' snin u poggih fit-triq għall-qdusija

Il-Papa Franġisku ppreżenta Ittra Appostolika bl-isem ta’ Motu Proprio “Vos estis lux mundi” (Intom id-dawl tad-dinja).

L-Ittra Appostolika hi l-ligi l-ġdida ppreżentata mill-Papa Frangisku u titratta l-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-abbuż sesswali fuq il-minuri, il-persuni vulnerabbli jew abbuzi bi vjolenza, theddid jew abbuz ta’ awtorità.

AQRA: Aġġornata: ‘Ħadd mhu ‘l fuq mil-liġi’ – L-Arċisqof Scicluna

Fi Frar li għadda saru diversi laqgħat bejn il-Presidenti tal-Konferenzi Episkopali fil-Vatikan li waslu għal din l-Ittra Appostolika. Fi stqarrija l-Vatikan qal li dan juri l-impenn tal-Knisja fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-abbuż sesswali.

Il-Vatikan spjega li “Vos estis lux mundi” għandha diversi elementi innovativi bl-għan li titjieb l-koordinazzjoni bejn id-djoċesi madwar id-dinja u l-Vatikan. Waħda mill-affarijiet imsemmiha fl-Ittra Appostolika hi li fiż-żmien sena id-djoċesijiet madwar id-dinja jridu jfasslu u jagħmlu sistema li hi aċċessibbli mill-pubbliku biex każijiet ta’ abbuż sesswali u l-ħabi ta’ dawn il-każijiet jistgħu jiġu rrappurtati.

L-Ittra Appostolika tobbliga lill-membri tal-Kleru kemm irġiel u nisa biex jirrappurtaw każijiet ta’ abbuż sesswali lill- awtoritajiet ekkleżjestiċi kompetenti, dan għandu jwassal biex każijiet irrappurtati għandhom jiġu vverifikati b’mod immedjat u trattati skont il-Liġi Kanonika.

L-Ittra Appostolika tagħmel emfażi fuq il-bżonn li l-vittmi jinstemgħu, l-importanza li jintlaqgħu, u li jingħataw l-assistenza medika kif ukoll spiritwali li jeħtieġu.

Tista’ taqra l-ittra hawn.