Il-Papa f’laqgħa mar-Re tal-Ġordan

Il-Papa Franġisku ltaqa’ mar-Re u r-Reġina tal-Ġordan, f’laqgħa fil-Vatikan. Il-laqgħa bejn il-Papa u l-koppja rjali tal-Ġordan damet madwar 20 minuta u kienet iddominata mill-kriżi fis-Sirja. Iż-żewġ naħat qablu li s-soluzzjoni biex jintemm il-kunflitt fis-Sirja hi permezz tad-diplomazija.

Il-Papa saħaq li l-Insara fil-Lvant Nofsani huma kontra l-attakki mill-pajjiżi barranin u jekk ikun hemm bżonn intervent militari, huma wkoll se jsofru.

Din il-laqgħa waslet jum wara li l-Istati Uniti bdiet tħejji pjanijiet biex tintervjeni fis-Sirja. Ir-Re Abdullah qal li ilu joffri kenn għal aktar minn 5,000 refuġjat Sirjan.