Il-Papa Emeritu Benedittu XVI jiċċelebra għeluq sninu

Hekk kif illum il-Knisja qed tiċċelebra l-akbar festa tal-Qawmien ta’ Ġesù Kristu mill-mewt, il-Papa Emeritu Benedittu XVI qed jiċċelebra għeluq sninu.
Il-Papa Emeritu Benedittu XVI għalaq 90 sena llum. Huwa kien twieled fl-1927, fin-Nofsinhar tal-Ġermanja.
Minkejja l-età tiegħu, is-Segretarju personali tiegħu Georg Gänswein qal li l-Papa Emeritu għadu b’saħħtu, minkejja li riġlejh m’għadhomx ituh. Gänswein qal li Benedittu XVI għad għandu moħħu ċar u ta’ kuljum jitlob u jaqra u ġieli jilqa’ n-nies ukoll.
Huwa se jiċċelebra għeluq sninu għada b’mod sempliċi bi stil Baverjan. Nhar l-Erbgħa li għadda l-Papa Franġisku mar iżur lill-Papa Emeritu Benedittu XVI fid-dar tiegħu.
Huwa kien sar Papa fl-2005 wara l-mewt ta’ San Ġwanni Pawlu II u kien irriżenja minn Papa fl-2013.
Fl-1951 huwa rċieva s-Sagrament tal-Ordni Sagri u mill-ewwel wera li triqtu kienet fit-Teoloġija. Dan wassal biex fl-1958 huwa sar professur tat-Teoloġija.
Filwaqt li kien jaqdi l-irwol ta’ lettur fl-Università, huwa kien ukoll Arċisqof ta’ Munich u Freising.
Fl-1977, il-Papa Pawlu VI tah l-irwol ukoll ta’ Kardinal. Erba’ snin wara huwa sar il-Prefett tal-Kongregazzjoni tad-Duttrina tal-Fidi.
Fost id-diversi Qaddisin li kanonizza, Benedittu XVI ikkanoniża lil San Ġorġ Preca fl-2007.  Fl-2010 huwa żar ukoll lill-Malta.
Matul id-90 sena tiegħu huwa kiteb 68 ktieb u tliet enċikliċi u eżortazzjonijiet