Il-Papa Emeritu Benedittu XVI jagħti l-aħħar ‘karlotta’ tiegħu lil Għawdex

L’hekk imsejjħa ‘karlotta’ li l-Papa Emeritu Benedittu XVI libes fl-aħħar jum tal-Pontifikat tiegħu, issa tinsab esebita fil-mużew Il-Ħaġar – Heart of Gozo.

Il-karlotta, akkumpanjata bl-attestazzjoni kollha neċessarja, issa tista’ titgawda minn kull min iżur il-mużew.

Il-karlotta hija rigal mill-Papa Emeritu lill-mużew.

Din kienet preżentata minn Monsinjur Alfred Xuereb, li kien is-segretarju personali tal-Papa Benedittu u issa l-ewwel segretarju ta’ Papa Franġisku.