Il-Papa dwar l-importanza ta’ “tliet lingwi” fl-edukazzjoni

Il-Papa jkellem mexxejja ta' universitajiet Kattoliċi

L-edukazzjoni f’università tmur ‘l hinn minn sempliċi kunċetti ta’ tagħlim – imma jinħtieġ li tegħleb il-legat tat-tixrid tal-edukazzjoni. L-edukazzjoni fl-università tinvolvi tliet lingwi.

Skont l-aġenzija Vatican News dan kien il-messaġġ ewlieni li Papa Franġisku għadda lill-parteċipanti tal-Konvenzjoni tal-Federazzjoni Internazzjonali tal-Universitajiet Kattoliċi li ltaqgħet f’Ruma f’dawn il-ġranet, fiċ-ċentru tal-kungressi tal-Agostinianum.

It-tema tal-konvenzjoni kienet: “Fruntieri Ġodda” fil-Vatikan għall-mexxejja universitarji. Il-futur tas-saħħa u l-ekosistemi tal-università.

Il-Papa nsista li huma meħtieġ li negħlbu l-legat tat-tixrid tal-edukazzjoni. L-edukazzjoni b’mod ġenerali u partikolarment fl-universitajiet mhux sempliċement li nimlew l-inħuħ tal-istudenti bil-kunċetti.  Għandu jkollha “tliet lingwi”.

Il-moħħ, il-Qalb u l-Idejn

Dawn it-tliet lingwi jridu jaġdmu f’armonija u huma:

•          il-lingwa tal-moħħ

•          il-lingwa tal-qalb

•          il-lingwa tal-idejn

Papa Franġisku spjega li dawn it-tlieta jridu jaħdmu flimkien “biex wieħed jaħseb f’armonija ma dak li jħoss u dak li jagħmel; tħossok f’armonija ma’ dak li taħseb u tagħmel, għamel dan f’armonija ma’ dak li tħoss u taħseb. Kollox f’armonija u mhux separate mit-totalità.

“L-università għandha kuxjenza imma għandha wkoll saħħa intelletwali u morali u r-responsabbiltà tagħha tmur ‘l hinn mill-persuna li qed tirċievi l-edukazzjoni u testendi għall-ħtiġijiet tal-umanità kollha”.

Papa Franġisku qal li t-taħriġ mit-tmexxija jilħaq il-miri tiegħu meta jirnexxielu jinvesti ħin akkademiku bl-iskop li jiżviluppa mhux biss il-moħħ imma anke “il-qalb”, il-kuxjenza u ħiliet partikolari fl-istudent; l-għerf xjentifiku u teoretiku għandu jitħallat ma-sensittività tal-iskular u riċerkatur biex il-frott tal-istudji ma jinkisbux biss f’sens personali biex wieħed jafferma l-pożizzjoni professjonali tiegħu, imma jkunu proġettati wkoll f’sens soċjali u relazzjonali.

Obbligu li naqdu

Fl-aħħarnett, qal il-Papa, hekk kif kull xjenzjat u kull bniedem tal-kultura għandu obbligu li jaqdi aktar għax jaf aktar, hekk ukoll il-komunità universitarja, speċjalment jekk hi ta’ ispirazzjoni Kattolika, u ekosistema ta’ istitutzzjonijiet akkademiċi, trid tirrispondi għal dawn l-obbligazzjonijiet.

F’din il-perspettiva, it-triq li l-Knisja u magħha l-intelletwali Kattoliċi għandhom jieħdu hi dik espressa mill-Patrun tal-Federazzjoni tal-Universitajiet Kattoliċi, il-Kardinal Newman li għadu kif kien kanonizzat, meta qal “Il-Knisja ma tibżax mill-għerf, imma tippurifika kollox, ma toħnoq ebda element tan-natura tagħna imma tikkultiva kollox”.